Tixtieq Websajt bil-Malti għan-Negozju Tiegħek?

Kont taf li meta tagħmel websajt bil-Malti, il-klijenti tiegħek jafdawk aktar? 

Ħafna negozji u entitajiet f’Malta jagħmlu l-websajt tagħhom bl-Ingliż biss – din hija ħaġa normali li ssir imma xejriet fis-suq juru li l-Maltin jikkorrispondu aktar meta jaraw kontenut onlajn bil-Malti. 

Bħal per eżempju meta tirkeb taxi u s-sewwieq ikellmek bil-Malti – hemm aktar ċans li taqbdu diskursata bejnietkom u tħossok komdu/komda li tuża l-istess servizz! L-istess għal websajt li qed tbigħ prodott jew toffri servizz – min qed iżurek fuq is-sit tiegħek iħossu aktar komdu minħabba li qed tintuża l-lingwa tiegħek. 

Aħna ta’ Storm dejjem użajna l-Malti għall-vlogs tagħna. Nistgħu wkoll nagħmlulha faċli u sempliċi biex ikollok websajt bil-Malti li taħdem sew u ġġiblek il-bejgħ.

X’Servizzi jista’ joffri Storm għal websajt bil-Malti?

M’għandekx għalfejn tħabbel rasek, Storm joffrilek diversi għażliet kif tixtieq is-sit tiegħek bil-lingwa Maltija. 

  • Tista’ tagħżel li tagħmel il-websajt kollha bil-Malti.
  • Tista’ tagħmel il-websajt bi-lingwi – taqleb mill-Malti għall-Ingliż (jew lingwa oħra) b’buttuna wahda.
  • Tagħżel li tagħmel sit b’aktar minn 2 lingwi: Jekk il-paġna hija indirizzata għat-turisti jew barranin ukoll.
  • Noffru wkoll s-servizz li nissetjawlek il-websajt tiegħek li jagħlaq b’ .mt jew .com.mt fid-domain. 

Ngħinuk skont il-Baġit Tiegħek

Nistgħu noffrulek żewġ għażliet għall-websajt li tixtieq toħloq.

  1. Jekk tixtieq websajt b’baġit baxx, tintuża l-Intelligenza Artifiċjali (Ai) biex l-ispejjeż ta’ sit bil-Malti jibqgħu baxxi.
  2. Jekk tixtieq websajt professjonali b’Malti miktub tajjeb, aħna nqabbdu nies professjonali li jafu jiktbu l-Malti sew biex is-sit tkun miktuba b’mod perfett.

Għandek bżonn għajnuna biex tibda?

Ir-rabta mal-klijenti tibda mill-lingwa. Oħloq websajt bil-Malti ma’ Storm.

Ibgħatilna x’tixtieq tagħmel – u aħna ta’ Storm nistgħu ngħinuk. Aħna nweġbuk bil-Malti wkoll!

Agħfas hawn biex tikkuntattjana.